Il-kmamar tal-winċ huma utli ħafna u utilità għas-sajjieda. Dawn jintużaw kuljum u huma mod konvenjenti biex jintużaw mis-sajjieda għad-dgħajjes tagħhom. Dawn il-kmamar jitqiegħdu fil-quċċata tal-iskali. L-iskop tagħhom huwa li jiġbdu d-dgħajjes mill-ilma. Ġeneralment jintużaw minn bastimenti żgħar. Bħalissa hemm tnax-il (12) kamra tal-winċ madwar il-gżira. Kull lokalità għandha attendent responsabbli mill-kamra tal-winċ tagħha. Dawn l-attendenti huma unikament responsabbli għall-ospitar tal-bastimenti.
Il-maġġoranza tal-kmamar tal-winċ jinsabu f’Marsaxlokk (5), fejn hemm l-ogħla konċentrazzjoni ta’ sajjieda u dgħajjes tas-sajd, iżda hemm ukoll kmamar tal-winċ f’villaġġi tas-sajd oħrajn bħal; Marsaskala, Birżebbuġa, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, il-Kalkara, Marsamxett u ż-Żurrieq. Bħalissa hemm proġetti għaddejjin li se jaraw aktar lokalitajiet li jkunu mgħammra u kapaċi jipprovdu dan is-servizz.
Id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta’ dawn il-winċijiet u ta’ rkaptu ieħor, bħal radanċi tal-azzar, taljoli, ħbula tal-wajer, snanar u tagħmir ieħor u dejjem jiżgura li dawn jinżammu f’kundizzjoni tajba u sikura.