L-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali

Id-Direttur Ġenerali (is-Sajd u l-Akkwakultura) huwa responsabbli għas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, inklużi:

  • il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut li jinstabu b’mod naturali;
  • it-teħid ta’ tali miżuri li jistgħu jitqiesu xierqa għall-protezzjoni tal-istokkijiet tal-ħut mill-effetti tat-tniġġis, kemm jekk fuq perjodu ta’ żmien kontinwu kif ukoll jekk fuq perjodu ta’ żmien qasir, u mill-effetti li huma ta’ ħsara jew potenzjalment ta’ ħsara għall-istokkijiet tal-ħut, u l-miżuri meħuda biex jiġi eliminat jew ikkontrollat it-tniġġis;
  • il-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u l-ġbir tal-istatistika, inklużi d-dettalji tal-qabdiet;
  • l-iżvilupp u l-ġestjoni tas-sajd;
  • iż-żamma ta’ rekord tal-bastimenti tas-sajd, tal-kaptani u tal-ekwipaġġ tagħhom u ta’ kwalunkwe persuna oħra li taħdem fuqhom;
  • il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-operazzjonijiet tas-sajd;
  • ir-regolamentazzjoni tat-twettiq tal-operazzjonijiet tas-sajd, inklużi l-akkwakultura u l-operazzjonijiet anċillari għalihom;
  • il-ħruġ, il-varjazzjoni, is-sospensjoni u r-revoka ta’ permessi u liċenzji għas-sajd, u tagħmir użat għas-sajd, għall-akkwakultura, għat-trasbord u għal attivitajiet oħrajn li għalihom huma meħtieġa permessi jew liċenzji skont l-Att dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tas-Sajd;
  • il-ġbir tat-tariffi fir-rigward tal-permessi u l-liċenzji u tal-entrati fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd, kif ukoll il-ġbir tat-tariffi għal-liċenzji maħruġa għall-kategoriji l-oħrajn kollha ta’ permessi u liċenzji msemmija fil-paragrafu ta’ hawn fuq;
  • it-teħid ta’ miżuri xierqa b’konsultazzjoni ma’ tali awtorità li minn żmien għal żmien tista’ tkun responsabbli għall-ambjent għas-salvagwardja kontra l-estinzjoni ta’ speċijiet protetti;
  • kwalunkwe kwistjoni oħra li għandha teħtieġ amministrazzjoni skont l-Att dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tas-Sajd.
sajd
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.