L-uffiċjali li jaħdmu fl-Uffiċċju ta’ Għawdex jgħinu lis-sajjieda Għawdxin bil-mistoqsijiet tagħhom, japplikaw għal reġistrazzjonijiet ġodda,
kif ukoll bit-trasferimenti u s-sostituzzjoni tal-bastimenti tas-sajd. Id-data kollha li tinġabar tintbagħat lid-
Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura f’Malta għall-ipproċessar ulterjuri.
Uffiċjal għall-Protezzjoni tas-Sajd u Uffiċjal għall-Ħatt l-Art huma responsabbli għall-ħatt l-art tal-ħut f’Għawdex,
li ġeneralment jinkludi l-Lampuki, il-Pixxispad, it-Tonn, il-ħut li jinqabad bit-tkarkir u
l-Makku. Isiru wkoll spezzjonijiet oħrajn fuq il-post fuq il-ħut li jinqabad bil-pariti, bin-nases u
bil-konz tal-qiegħ. Isiru wkoll spezzjonijiet fuq il-bejjiegħa tal-ħut u l-bejjiegħa fit-toroq Għawdxin biex tiġi vverifikata
t-traċċabilità tal-ħut li jkun qed jinbiegħ lill-pubbliku ġenerali. Dan jinkludi l-verifika tat-tikkettar korrett tal-
ħut, il-fatturi u n-noti tal-bejgħ meħtieġa minn fejn ikun inxtara jew ġie importat il-ħut, biex tiġi minimizzata
kwalunkwe possibbiltà li jkun hemm xi ħut maqbud illegalment fis-suq. Huma jivverifikaw ukoll li l-ħut kollu jkun
skont id-daqs minimu.
Jitwettqu wkoll spezzjonijiet fil-portijiet biex jiġi żgurat li ma jinħatt l-art l-ebda ħut illegali u li
l-bastimenti jkunu awtorizzati u jkollhom liċenzja tas-sajd kif meħtieġ mil-leġiżlazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
L-uffiċjali tagħna jagħmlu dan permezz ta’ programmi ta’ edukazzjoni u komunikazzjoni. Huma għandhom ukoll
funzjoni ta’ infurzar tal-liġi, fejn iridu jiżguraw li l-persuni li jabbużaw mil-leġiżlazzjoni attwali dwar l-ispeċijiet tal-ħut taħt
il-limiti tad-daqs rispettivi tagħhom, jew il-ħut f’żoni protetti jew ipprojbiti, jiġu mħarrka u mmultati kif
iddikjarat mill-qorti.
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tas-Sajd u l-Uffiċjal għall-Ħatt l-Art ibbażati f’Għawdex jispezzjonaw ukoll il-bastimenti li jkunu
qed jiġu ttrasferiti jew dawk li jkunu għadhom kif ġew irreġistrati. Mill-ispezzjonijiet imwettqa, wieħed ikun jista’ jikkonferma t-tul totali
tal-bastimenti kif mogħti mis-surveyor, u jikkonferma li l-magna u n-numru tas-serje u
tal-marki tal-bastimenti huma skont il-leġiżlazzjoni tal-UE.
Uffiċjal ieħor huwa inkarigat mill-ġbir ta’ data statistika mingħand is-sajjieda Għawdxin. Id-Dipartiment
tas-Sajd u l-Akkwakultura f’Malta jibgħat lista lill-uffiċċju tad-DFA f’Għawdex kull tliet xhur. Din
il-lista jeħtieġ li tiġi aġġornata u trid tinkludi l-ħut maqbud, il-piż tal-ħut, u l-irkapti tas-sajd użati għas-sajd
mis-sajjieda lokali Għawdxin.