Speċi Akkwatiċi Ewlenin Maqbuda Lokalment

Tonna

TONN / BLUEFIN TUNA
THUNNUS THYNNUS
Tul Massimu: 300cm (komuni 50-150cm)
Xewk dorsali qrib xulxin
Ebda marki fuq il-ġisem
Xewk pettorali qosra

Alonga

ALONGA / ALBACORE
THUNNUS ALALUNGA
Tul Massimu: 100cm (komuni 50-80cm)
Xewk dorsali qrib xulxin
Xewk pettorali twal

Pixxispad

PIXXISPAD / SWORDFISH
XIPHIAS GLADIUS
Tul Massimu: 450cm (komuni 80-220cm)
Xabla twila u ċatta
L-ewwel xewka dorsali ħafna itwal mit-tieni
Linji laterali prominenti fiż-żona ta’ bejn id-denb u x-xewka anali

Lampuka

LAMPUKA / DOLPHINFISH
CORYPHAENA HIPPURUS
Tul Massimu: 200cm (komuni 40-100cm)
Ġisem ċatt u tawwali
Xewka dorsali twila
Ġbin ċatt u wieqaf

Fanfru

FANFRU / PILOT FISH
NAUCRATES DUCTOR
Tul Massimu: 70cm (komuni sa 35cm)
5-7 strixxi vertikali skuri
L-ewwel xewka dorsali 4-5 spini, it-tieni xewka dorsali tawwalija
Linji laterali fiż-żona ta’ bejn id-denb u x-xewka anali

Kavall

KAVALL / CHUB MACKEREL
SCOMBER JAPONICUS
Tul Massimu: 50cm (komuni 15-30cm)
Marki irqaq u ċari forma ta’ ‘S’
Ħames xewkiet dorsali u anali żgħar
Għajnejn kbar

Pizzitun

PIZZINTUN / ATLANTIC MACKEREL
SCOMBER SCOMBRUS
Tul Massimu: 50cm (komuni 18-30cm)
Marki vertikali wesgħin u skuri
Ħames xewkiet dorsali u anali żgħar
Għajnejn iżgħar

Lacca Kahla

LAĊĊA KAĦLA / SPRAT
SPRATTUS SPRATTUS
Tul Massimu: 16cm (komuni 8cm)
Lewn blu skur ikanġi fl-aħdar
Xewka dorsali ċentrali waħda
Ġnub u taħt il-ġnub lewn il-fidda bajdani

Vopa

VOPA / BOGUE
BOOPS BOOPS
Tul Massimu: 36cm (komuni 10cm)
Dahar griż skur jisfuma lejn lewn il-fidda dehbi mal- ġnub
Ftit strixxi orizzontali lewn isfar dehbi
Bażi tax-xewka pettorali b’dabra sewda

Trilja

TRILJA TAL-QAWWI / STRIPED RED MULLET
MULLUS SURMULETUS
Tul Massimu: 40cm (komuni 10-25cm)
Profil mżerżaq
Strixxi orizzontali rqaq lewn isfar dehbi mal-ġnub
Xewka pettorali bi strixxi sofor u marki suwed

Xabla

XABLA / SILVER SCABBARFISH
LEPIDOPUS CAUDATUS
Tul Massimu: 210cm (komuni 50-150cm)
Ġisem lateralment ċatt u tawwali lewn il-fidda, mingħajr skwami (fish scales)
Xewka dorsali twila b’roqgħa skura fuq l-operkulu
Ix-xedaq t’isfel itwal minn ta’ fuq

Merluzz

MERLUZZ / HAKE
MERLICCIUS MERLUCCIUS
Tul Massimu: 110cm (komuni 12-60cm)
Ġisem twil b’ras tawwalija ta’ lewn griż
L-ewwel xewka dorsali qasira u triangulari waqt li t-tieni xewka dorsali hi twila
Ix-xedaq t’isfel itwal minn ta’ fuq

Skorfna

SKORFNA / SCORPIONFISH
SCORPAENIDAE SPP.
Tul Massimu: 50cm (komuni 15-25cm)
Ġisem ittundjat b’ras ikkorazzata bix-xewk
Xewka waħda dorsali bi spini jinfetħu bħal raġġ
Spini bi glandoli velenużi fil-bażi tagħhom

Cipullazza

ĊIPPULLAZZA / RED SCORPIONFISH
SCORPAENA SCROFA
Tul Massimu: 66cm (komuni 20-30cm)
Lewn ħamrani fil-kannella bi dbabar ċari u skuri
Normalment b’dabra tawwalija u sewda fuq ix-xewka dorsali
Numru ta’ appendiċi fuq il-geddum

Pagru

PAGRU / COMMON SEABREAM
PAGRUS PAGRUS
Tul Massimu: 82cm (komuni 20-60cm)
Ġisem ta’ lewn roża, bir-ras u d-denb aktar skuri
Ġbin ċatt u tawwali
Dabra kannella fil-bażi tax-xewka dorsali

Rajja

RAJJA TAL-FOSOS / THORNBACK RAY
RAJA CLAVATA
Tul Massimu: 110cm (komuni 30-80cm)
Il-parti dorsali miksija b’diversi xewk tuberkulari
Ġisem ta’ lewn griż jew kannella bi dbabar aktar ċari u skuri
Forma tonda u ċatta bi ġwienaħ angolari u b’imnieħer ftit tawwali

Qarnita

QARNITA / COMMON OCTOPUS
OCTOPUS VULGARIS
Tul Massimu: 23cm (komuni 10-20cm)
Ġisem b’saħħtu b’sifun li jispikka
Żewġ ringieli ta’ suckers fuq tmien tentakli b’saħħithom
Kulur ivarja

Klamar

KLAMAR / EUROPEAN SQUID
LOLIGO VULGARIS
Tul Massimu: 30-40cm (komuni 15-25cm)
Ġisem tawwali forma ta’ torpedo, b’par ġwienaħ tul nofs il-ġisem
Żewġ ringieli ta’ suckers fuq it-tentakli
Kulur ivarja, normalment roża bajdani bi dbabar lewn vjola jagħti fil-kannella

Gamblu Ahmar

GAMBLU AĦMAR / GIANT RED SHRIMP
ARISTAEOMORPHA FOLIACEA
Tul Massimu:17cm (maskil), 22cm (femminil). Komuni 13-14cm (maskil), 17-20cm (femminil)
F’qisien kbar (femminil ikbar)
Kulur: ħamrani
Ir-rostrum (xabla) hi differenti bejn is-sessi

Gamblu Abjad

GAMBLU ABJAD / DEEP WATER PINK SHRIMP
PARAPENAEUS LONGIROSTRIS
Tul Massimu: 16cm (maskil), 19cm (femminil). Komuni 8-14cm (maskil), 12-16cm (femminil)
Qisien medju għal żgħar (femminil ikbar)
Kulur: roża
Tmien spini fuq ir-rostrum (xabla)